Ilbieraħ, Raġel u mara kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali għall-ħabta tas-5.45 p.m. minħabba li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ġebla tal-Ġeneral, San Lawrenz, Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel Taljan ta’ 37 sena, li kien qiegħed isuq quadbike u miegħu kellu mara Taljana ta’ 42 sena bħala passiġġiera, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ ħajt.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liż-żewġ persuni sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard, ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.