Żewġ persuni sofrew ġrieħi wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-5:30 kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ġorġ Borġ Olivier f’San Ġiljan.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel u mara Taljani ta’ 56 sena residenti San Ġiljan kienu fuq mutur tal-għamla Yadea meta kawża ta’ xi żejt li kien hemm fit-triq, ir-raġel li kien qed issuq l-istess mutur, tilef il-kontroll u waqgħu.
Fil-post issejħu ambulanzi u tim mediku li assistew liż-żewġ persuni sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.