Sunday, August 17, 2025

Iwieġeb mhux ħati li ffalsifika dokumenti

Aqra wkoll

Nahid Hassan, ta’ 22 sena mill-Bangladesh, wieġeb mhux ħati fuq akkużi ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li l-imputat għandu residenza f’Malta u anke wera ruħu bħala persuna li tista’ tafda hekk kif kien hu stess li mar mill-ewwel għand il-Pulizija meta ġie mitlub. Qalet ukoll li d-dokumenti inkwistjoni qatt ma ġew ppreżentati minnu iżda tressqu quddiemu.

Min-naħa tagħha l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-biża’ li l-imputat jitlaq mill-pajjiż u minħabba li m’għandux impjieg stabbli biex isostni lilu nnifsu. Qalet li f’każ li jinħeles, il-visa tiegħu ma tibqax valida u jsir immigrant irregolari.

Il-Qorti wara li semgħet lill-partijiet qalet li f’dan l-istadju mhux se tkun qiegħda tagħti l-ħelsien mill-arrest minħabba li l-istatus legali tal-imputat f’Malta huwa wieħed dubjuż fid-dawl tal-allegat reati.  Qalet ukoll li hemm dubji serji dwar kemm l-imputat jista’ jmanti ruħu f’Malta u li għad iridu jixhdu diversi xhieda lokali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport