Aktar kmieni din il-ġimgħa, Pulizija li kienu fuq ronda fi Ġnien Patri Feliċjan Bilocca, il-Marsa nnutaw raġel jaġixxi b’mod suspettuż.
Huwa ġie arrestat wara li minn tfittxija li saret irriżulta li kellu fil-pussess tiegħu diversi qratas suspettati kannabis kif ukoll ammont ta’ flus kontanti, liema ċirkostanzi juru li d-droga ma kinitx għall-użu tiegħu.
Huwa tressaq il-Qorti, wieġeb mhux ħati u nżamm taħt arrest.