Ix-Xatt tal-Gżira ingħalaq għall-pubbliku wara li ġie nnotat basket suspettuż. Minn informazzjoni li għadu kif kiseb dan is-sit, jirriżulta li l-Pulizija rċeviet rapport għall-ħabta tan-12:30 p.m.
Jidher li fuq il-post hemm diversi membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u Pulizija li għalqu t-triq għal pubbliku.
Bħalissa għaddejja operazzjoni delikata biex ikun determinat x’hemm f’dan il-basket. Mhux magħrufa r-raġuni għalfejn dan il-basket qajjem suspett.
Aktar dettalji malli jaslulna …

