Saturday, December 21, 2024

Ix-xewqat tat-tfal isiru realtà

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-inizjattiva ‘Children’s Dreams’ wasslet biex inġabru madwar €125,000 f’rigali lil tfal, li għal xi raġuni ma jkunux f’pożizzjoni li jirċievu rigali f’dawn iż-żminijiet tal-Milied. Ir-rigali li jvarjaw minn sempliċiment tibdila sa laptops u televiżjonijiet, ser imorru għal tfal li jgħixu fi djar residenzjali u għal dawk it-tfal li qed jgħixu f’familji vulnerabbli għax huma wkoll jistħoqqilhom Milied hieni. Dan tħabbar mill-Ministru Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet.

‘Children’s Dreams’ baqgħet tikber minn sena għal oħra u din kienet it-tmien edizzjoni ta’ suċċess fejn għal darba oħra l-poplu wera fiduċja f’din il-kampanja.

Is-suċċess wara l-kampanja huwa għax hemm serħan tal-moħħ li dawn huma verament familji vulnerabbli, b’assessjar rett matul is sena kollha. Dan isir mill-professjonisti tal-FSWS li saħansitra jħejju care plan ċar għax fl-aħħar mill-aħħar l-għan aħħari mhux biss ir-rigal imma li dawn il-familji jingħataw l-għodda matul is-sena sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tagħhom.

Apparti għajnuna finanzjarja, dan il-ministeru se jibqa’ impenjat biex jagħmel il-bidliet meħtieġa fil-qasam tal-ħarsien tat-tfal. Is-sena d-dieħla se nkomplu naraw it-twettiq tar-riforma fil-liġi tal-protezzjoni tat-tfal sabiex inkomplu nagħtu widen u nieħdu azzjoni fuq ix-xewqa tat-tfal infushom.

Ekonomija

Sport