Tuesday, May 14, 2024

Ix-xogħol ta’ eskavazzjoni fl-impjant tal-Waste to Energy mistenni jitlesta din is-sena

Aqra wkoll

Il-kumpanija Wasteserv qalet li ix-xogħlijiet ta’ eskavazzjoni għall-proġett Waste to Energy mistennija jitlestew din is-sena. Fl-istess waqt, l-assessjar tal-impatt ambjentali dwar il-proġett diġà tlestiet.

Fi stqarrija, il-Wasteserv qalet li l-impjant Waste-to-Energy se jipprovdi servizz ambjentali essenzjali peress li se jikkonverti l-iskart li kieku jmur fil-miżbla f’enerġija ħadra. Dan se jippermetti lill-pajjiż jitbiegħed minn dipendenza predominanti fuq ir-rimi fil-miżbliet.

Il-kumpanija qalet ukoll li se jkun qed jinfetaħ il-proċess ta’ tender għall-operat ta’ dan l-impjant.

Wasteserv spjegat li dan il-proġett huwa parti minn strateġija ħolistika li qed tiġi implimentata fil-Kumpless ECOHIVE.

Minbarra li taħdem fuq proġetti ġodda, il-WasteServ qalet li qed tindirizza wkoll dik li fi kliema huma “diżastri ambjentali” tal-passat bi proġetti ta’ riabilitazzjoni bħal dak li diġà ġie inawgurat f’Wied Fulija b’aktar minn 40,000 siġra u arbuxelli, u ieħor fil-Qortin, Għawdex li dalwaqt se jkun miftuħ għall-pubbliku ġenerali.

Sport