Monday, December 9, 2024

Ix-xogħol ta’ politiku huwa li jigwida lil komunità anke fil-ħtiġijiet leġittimi

- Il-Prim Ministru Robert Abela dwar l-allegat abbuż ta’ liċenzji

Aqra wkoll

Wara li intemmet l-ewwel konferenza internazzjonali tal-GWU b’rabta mat-80 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha, il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnalisti dwar l-allegat abbuż ta’ liċenzji u dwar il-Ministru Ian Borg li dak ż-żmien kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru tat-Trasport.

Dwar dan il-Prim Ministru qal lix-xogħol ewlieni ta’ politiku huwa li jigwida lin-nies fil-ħtiġijiet leġittimi tagħhom. B’referenza għal Minstru Ian Borg, Abela qal li dak li għamel il-Ministru Borg għamlu bħala dover ta’ Ministru.

Aberla qal; “Dak li għamel kien wieħed bl-aktar mod leġittimu u sema b’mod ċar li l-għajnuna li ingħatat kienet fil-parametri liġi. Diġa spjegajt ukoll kif nemmen li hija funzjoni ta’ kif jaħdem il-costumer care department rispettivi fi ħdan tal-Gvern”. Huwa fakkar li, kien l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil stess lura għas-sena 2015, ippropona li s-servizzi tal-customer care għandhom jissaħħu.

Temm billi qal li jagħmel distinzjoni netta bejn il-leġittima ta’ dak li jkunqiegħed jintalab u l-kwistjonijiet li ma jkunux leġittimi u li fejn mhux leġittimi, hemm persuni li llum -il ġurnata qegħdn iwieġbu quddiem l-Qrati tal-ġustizzja.

Ekonomija

Sport