Sunday, December 22, 2024

Ix-xogħolijiet fl-għassa tal-Imsida mistenni jitlesta fl-ewwel kwart tal-2026

Aqra wkoll

Ix-xogħol fl-għassa tal-Imsida huwa estensiv. Wara waqfa temporanja minħabba proċeduri legali ċivili li nbdew minn terzi fil-Qorti, ix-xogħol reġa’ beda u mistenni jitlesta sal-ewwel kwart tal-2026, bl-għassa terġa’ tiftaħ madwar l-istess perjodu.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li saritlu midDeputat Nazzjonalista Albert Buttigieg. 

Il-Ministru Camilleri qal li jinsab infurmat li qed jiġi offrut servizz bi sħab mal-Kunsill Lokali tal-Msida mill-istess bini tal-Kunsill sabiex jassisti lill-pubbliku.

Ekonomija

Sport