Sunday, December 22, 2024

Iż-żagħżugħ Fabio Mercieca pittur rinomat rebbieħ tal-kompetizzjoni tal-HSBC Malta Foundation dwar is-sostenibiltà ambjentali

Tikteb Mary Gauci - President Happy Parenting – Malta

Aqra wkoll

Fi tmien il-ġimgħa li għaddiet ittellgħet wirja ta’ arti organizzata minn Happy Parrenting – Malta (For Happier Children). Bħala prevenzjoni Happy Parenting torganizza lezzjonijiet ta’ mużika u pittura, kif ukoll kompetizzjonjiet. L-għalliema huma Liana Agius għal Mużika u Ryan Galea għal arti. It-tema tal-kompetizzjoni tal-arti din id-darba sponsorjata mill-HSBC Malta Foundation kienet dwar sostenibiltà ambjentali. Ir-rebbieħ ewlieni kien Fabio Mercieca. Warajh ġew Naielle Formosa Cumbo, Zoe Zammit Field, Jenna Scicluna, Sushina Sharoon Lazar li jattendu l-Foundation for Educational Services u Zac Mercieca.

Fabio Mercieca ta’ 22 sena ilu madwar 5 snin li stabilixxa ruħu bħala artist pittur rinomat. Ħa it-taħriġ tiegħu fl-iskola tal-Visual and Performing Arts f’Għawdex. Waqt it-taħriġ ta’ 17-il sena hu pitter b’mod brillanti immaġini ta’ artisti kbar, fuq il-ħajt tal-istudio Lyonel Feininger li jinsab fl-istess skola tal-arti. Wara l-istudju tiegħu f’Għawdex, hu mbagħad kompla jitħarreġ fi Slade School of Fine Art f’Londra.

Fabio ħadem ma’ Happy Parenting – Malta (For Happier Children) waqt skema tal-Jobs Plus. Żagħżugħ prudenti, metikuluż u jħobb jgħin. Matul iż-żmien mal-Happy Parenting kien jassisti b’diversi modi, imma l-aktar billi produċa pittura għal Dar Christine, fosthom l-l-istess portrait ta’ binti Bumbardier Christine Gauci li mietet traġikament 4 snin ilu waqt li kienet qed togħdos fil-bajja ta’ Ċenċ Għawdex.

Fabio jpenġi bil-lapes, bil-kulur u diversi tipi ta’ arti, diversi daqsijiet, arti fuq il-ħajt, arti għal fuq kotba tat-tfal. Fi snin aktar bikrija, Fabio kien jattendi u jitħarreġ l-MCAST fejn apparti l-pittura, kien iħobb ukoll jaħdem il-Jewellery.

Fabio ħa bosta korsijiet oħra inkluż dak tat-Tattoos fit-Tattoo Studio Malta, diversi korsijiet tal-kompjuter, u kors fil-personal development u employability skills.

Minn qalbna nifirħu lil Fabio tas-suċċessi tiegħu u nawgurawlu li jkompli fit-talent artistiku tiegħu. Ix-xewqa tiegħu hi li jkun jista’ jsib xogħol fejn ikompli jipprattika u jipproduċi xogħolijiet tal-arti. Nammiraw ukoll l-appoġġ sħiħ li Fabio għandu mill-ġenituri tiegħu, minn ħutu, familjari u ħbieb. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli u oħrajn li żaru l-wirja kellhom kliem ta’ tifħir għal-livell għoli u sbuħija tal-pittura ta’ Fabio.

Ekonomija

Sport