Saturday, November 8, 2025

Iż-żejt tela’ f’wiċċ l-ilma, l-Arbitraġġ jiċċertifika l-gidba tal-PN

Aqra wkoll

Fi stqarrija xotta llejla, il-Partit Nazzjonalista pprova jagħmel tentattiv li jnessi l-gidba tiegħu tal-€400 miljun li tant irrepeta u Kapijiet differenti tiegħu għamluha tagħhom iżda llum l-qerq tiegħu huwa ċċertifikat.

Iċċertifikat permezz tad-deċiżjoni finali tat-Tribunal tal-Arbitraġġ Internazzjonali li l-Gvern ippubblika, u li fiha ħareġ mhux biss li Steward ma ħadu l-ebda €400 miljun iżda li l-Gvern irċieva l-valur ġust tas-servizzi li ngħata.

Il-Partit Nazzjonalista qarraq ukoll meta kien jgħid li l-Gvern ħallas għal titjib fix-xogħlijiet infrastrutturali li kellhom iwettqu Steward meta l-fatti juru li l-Gvern ħallas biss għall-benefiċċji li rċieva u li minnhom gawdew tant pazjenti Maltin u Għawdxin.

Id-deċiżjoni finali turi biċ-ċar kif il-Gvern, permezz tal-avukati li qabbad kemm fuq livell lokali u anki internazzjonali, iddefenda bl-aqwa mod l-interess nazzjonali.

Għall-kuntrarju, l-Oppożizzjoni u Adrian Delia mhux biss gidbu imma mid-deċiżjoni finali ħareġ li bil-mod li fetaħ il-kawża fil-Qrati Maltin, tellef l-opportunità li l-Istat Malti jfittex għad-danni.

Gidbu point blank u llum qed jippruvaw jnessu l-gidba tal-€400 miljun iżda l-Partit Nazzjonalista żgur ma jistax jinsa li issa ż-żejt tela’ f’wiċċ l-ilma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport