Thursday, October 9, 2025

Iż-żewġ koppji li mietu l-Kroazja jinġiebu lura Malta għada

Aqra wkoll

Iż-żewġ koppji Maltin li tilfu ħajjithom traġikament fil-Kroazja se jinġiebu lura Malta llum.

Uliedhom u anke qraba oħrajn wara li seħħet it-traġedja telgħu l-Kroazja biex għamlu l-preparamenti kollha neċessarji biex il-katavri tal-qraba tagħhom jitwasslu lura f’pajjiżna.

Jeremy Gambin ta’ 68 sena, martu Lorraine ta’ 67 sena, kuġinuh Kevin Bonnici ta’ 67 sena u martu Alexandra ta’ 66 sena kienu għal btala flimkien meta seħħet it-traġedja.

Huma kienu qegħdin isuqu karozza li għal xi raġuni waqgħet fil-baħar. Aktar tard l-awtopsja kkonkludiet li dawn x’aktarx mietu mgħarrqa.

Qraba tal-koppja Gambin ħabbru li l-funeral tagħhom se jsir is-Sibt fil-Knisja tal-Balluta fid-9.30am.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport