Iż-żgħażagħ huma s-sinsla ta’ pajjiżna. Għandhom l-enerġija u l-ideat biex ikunu protagonisti fit-tfassil tal-Malta tal-lum u ta’ għada. Biex dan jintlaħaq, iż-żgħażagħ għandhom jingħataw rwol attiv fid-deċiżjonijiet ewlenin li jittieħdu. Fuq kollox, biex dan jintlaħaq, is-soċjetà trid tifhem aktar iż-żgħażagħ għaliex iż-żminijiet u ċ-ċirkustanzi inbidlu u hekk ukoll inbidlu l-bżonnijiet tagħhom.
Tassew, illum iż-żgħażagħ qed jaffaċċjaw ruħhom ma’ avvanzi ġodda fil-mod kif isir it-tagħlim; tibdil ekonomiku, żviluppi u rigress soċjali, ambjenti ġodda. Il-bidu ta’ dak li hu deskritt bħala r-Raba’ Rivoluzzjoni Industrijali qed iġibna aktar konxji ta’ x’inhuma l-isfidi u l-opportunitajiet li qed jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ.
Kien ghalhekk li l-gvern ricentament nieda l-istrateġija; Lejn 2030 – Maż-Żgħażagħ u għaż-Żgħażagħ li se tiffoka fuq adolexxenti u żgħażagħ ta’ bejn it-13-il sena u t-30 sena. Din l-istrategija hi bbażata fuq is-suċċess tal-aħħar snin waqt li tiffoka fuq it-tibdiliet u l-opportunitajiet li hemm għalihom. Din il-politika hi inkorporata ma’ strateġiji nazzjonali oħra kif ukoll ma’ politika internazzjonali u Ewropea għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti.
L-għan tagħha hu li tkun kemm jista’ jkun flessibli u innovattiva – li tvarja minn dak lokali għal dak li hu nazzjonali u minn dak nazzjonali għal dak Ewropea u globali. Permezz tagħha, il-gvern irid jagħti fiduċja liż-żgħażagħ bi prattika effettiva tax-xogħol relatat magħhom li jinkludi dak diġitali, reġjonali u lokali.
Kien ghalhekk ukoll li l-Bagit 2022 iħares l-iżvilupp taż-żgħażagħ b’mod konkret permezz ta’ inizjattivi u miżuri mmirati fosthom li se jiżdiedu l-istipendji tal-istudenti kollha b’10%. L-investiment fiż-żgħażagħ imħabbar fil-Baġit 2022 mhuwiex wiehed finanzjarju biss imma jara li kull żagħżugħ ikollu l-għodda necessarji biex jiżviluppa l-abiltajiet tieghu.
Però, dan kollu għandna narawh bħala l-bidu tal-pjan meħtieġ għaż-żgħażagħ tagħna. Tassew, għandu jkun hemm involviment aktar b’saħħtu min-naħa taż-żgħażagħ permezz tal-ideat friski u innovativi taghhom. Huwa importanti wkoll li nressqu ż-żgħażagħ lejn il-politika mhux biss permezz tal-vot taghhom imma billi jiehdu rwol attiv kemm fuq livell lokali imma wkoll nazzjonali u Ewropew. Huwa importanti wkoll li intuhom l-għodda kollha neċessarji biex jistaw jimplimentaw l-ideat taghhom fl-iżvilupp diġitali, ambjentali, infrastrutturali u edukattiv ta’ pajjizna L-inizjattivi meħuda fil-Budget 2022 kif ukoll l-strategiji mhejjija mill-gvern tull dawn l-ahhar xhur u snin huma l-ewwel pass biex dan jintlaħaq.
Dan kollu huwa necessarju biex noholqu Malta fejn iż-żgħażagħ huma attivi, fejn iż-żgħażagħ huma ċentrali. Dan kollu huwa necessarju biex iż-żgħażagħ ikunu strumentali fit-tfassil ta’ Malta ambizzjuza, Malta b’saħħitha, Malta li ser tkompli teċċella.