Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, qalet li ż-żgħażagħ mhumiex biss il-ġejjieni imma anke l-preżent. Qalet li biex nippjanaw għada, irridu nippjanaw illum filwaqt li l-politika m’għandhiex età.
Dr Lydia Abela sostniet li l-politika qiegħda hemm biex “nagħmlu u nfasslu ħajja aħjar” u semmiet fost oħrajn il-konsultazzjoni li għaddejja b’rabta mar-riforma fil-midja soċjali.
“Nemmen li ż-żgħażagħ huma policy makers, parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet li jsiru fil-pajjiż, għax kapaċi jġibu l-bidla. Għandhom l-enerġija biex ibiddlu, kapaċi jorganizzaw, joħolqu u jesperimentaw. Kapaċi jadattaw malajr f’dinja li dejjem qiegħda tinbidel b’ritmu mgħaġġel,” tenniet Dr Lydia Abela.

