Sunday, May 5, 2024

“Iż-żjara ta’ marti u binti f’Londra hija l-isbaħ rigal li stajt nirċievi għal Jum il-Missier”

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ, Ian Borg

Aqra wkoll

Il-familja hija xi ħaġa għażiża u speċjali wisq għall-bniedem, u kulħadd jieħu gost li jkollu ħin dedikat għall-familja, speċjalment meta jkun hemm xi okkażjoni speċjali.

Hekk kif ilbieraħ ġie ċċelebrat Jum il-Misser, kienu bosta dawk li nġabru mal-familjari tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiċċelebraw dan il-jum speċjali. Sfortunatament, mhux kulħadd ikollu l-opportunità li jiċċelebra dan il-jum fil-post mixtieq, minħabba raġunijiet varji, fosthom minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ, Ian Borg, fis-sigħat li għaddew stqarr li ngħata l-isbaħ rigal li seta’ jaqla’ f’Jum il-Missier. Dan minħabba l-fatt li martu u bintu marru jżuruh fl-isptar f’Londra, fejn bħalissa jinsab fi stadju ta’ rikoverazzjoni: “Ninsab aħjar u qed naħdem sabiex inkun lura fuq sieqi f’saħħti,” qal il-Ministru.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi awgura lill-missirijiet kollha, b’mod speċjali lil missieru.

Sport