Sunday, October 27, 2024

Iż-żjara tal-Papa f’pajjiżna se ssir fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ diversi mezzi tax-xandir irrappurtaw li ż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna ġiet posposta għas-sena d-dieħla, issa għadu kif tħabbar b’mod uffiċjali li din se ssir fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Dan tħabbar wara li l-Prim Ministru Robet Abela, flimkien ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae, illum iltaqgħu mal-Kap tal-Knisja Kattolika l-Papa Franġisku.

Iż-żjara bdiet b’udjenza privata bejn il-Papa Franġisku u l-Prim Ministru Abela. Matulha ġew diskussa temi diversi fosthom l-immigrazzjoni. Il-Papa Franġisku kellu kliem ta’ tifħir għal pajjiżna għal mod kif indirizza l-sfidi relatati ma dan il-fenomenu. Madanakollu, irrikonoxxa wkoll li pajjiżna ma jistax jaġixxi waħdu u għalhekk għaraf li Malta teħtieġ l-għajnuna biex l-immigrazzjoni tiġi indirizzata.

Tema oħra diskussa mal-Kap tal-Knisja Kattolika kienet l-ambjent u t-tibdil fil-klima hekk kif fl-Enċiklika tiegħu ‘Laudato Si’, il-Qdusija Tiegħu l-Papa jirreferi għall-isforz unit meħtieġ minn kull pajjiż relatati ma din l-sfida globali. Il-Papa u l-Prim Ministru tkellmu dwar l-inizjattivi li qed tieħu Malta b’din it-tema se tiġi diskussa waqt COP26 fi Glasgow.

Wara l-udjenza privata, il-Papa laqa’ lill-familja tal-Prim Ministru; is-Sinjura Abela u binthom Giorgia Mae kif ukoll lill-kumplament tad-delegazzjoni Maltija, bil-Papa Franġisku u l-Prim Ministru Abela jiskambjaw rigali lil xulxin.

Matul iż-żjara fil-Vatikan, il-Prim Ministru kellu wkoll diskussjonijiet mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Pietro Parolin, liema laqgħa kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Sport