Iż-żona madwar it-Torri ta’ Għajn Tuffieħa, l-Imġarr, ingħalqet kompletament għall-pubbliku għal raġunijiet ta’ sigurtà. L-istruttura u ż-żona tal-madwar huma f’riskju li jiġġarrfu u għaldaqstant aċċess għaż-żona huwa perikoluż.
Dan qalitu l-Pulizija ta’ Malta permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn ħeġġet lil kulħadd sabiex jirrispetta l-barrikati u s-sinjali li tpoġġew fuq il-post.
Il-Pulizija rringrazzjat lil pubbliku tal-kooperazzjoni.