Saturday, December 21, 2024

IZI App innovattiva minn IZIBET

Aqra wkoll

Mod faċli kif tħejji l-bets tiegħek fuq il-mobile!

IZIBET, l-akbar kumpanija ta’ ħwienet tal-betting f’Malta, nidiet app għall-mobile mill-aktar innovattiva bil-għan li tiffaċilita l-isports betting tiegħek. L-IZI App tippermetti lill-klijenti kollha ta’ IZIBET biex joħolqu u jħejju l-bets tagħhom fuq l-IZI App mill-kumdità ta’ darhom. Dan sabiex malli jidħlu f’wieħed mill-35 ħanut tal-IZIBET jittrasferixxu l-bets tagħhom għal wieħed mis-self-service betting terminals u wara jkomplu jsegwu l-progress tal-logħob fuq il-mobile tagħhom minn fejn iridu. Funzjoni oħra li minnha se jgawdu l-klijenti kollha ta’ IZIBET hi l-‘Early Cash Out’ fejn inti se tkun tista’ twaqqaf il-bet tiegħek permezz tal-IZI App xħin trid u minn fejn trid waqt li tkun għaddejja l-logħba tal-għażla tiegħek.

Malli taċċessa l-IZI App fuq il-mobile tista’ faċilment tħejji l-bets għall-isport favorit tiegħek billi tidħol fil-Bet Builder. Hawn toħloq betting slip virtwali fuq il-mobile bl-għażliet tiegħek sabiex iżjed tard tgħaddiha fuq is-self-service betting terminal f’wieħed mill-ħwienet ta’ IZIBET bil-kumdità kollha. Dan tista’ tagħmlu faċilment billi tiskenja l-QR code li ssib fuq is-self-service betting terminal.

“IZIBET tibqa’ minn ta’ quddiem b’soluzzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-betting f’Malta,” jgħid Sergio Cappitta, il-Head of Operations ta’ IZIBET. “Ninsabu kunfidenti li l-IZI App se ssebbaħ l-esperjenza tal-klijenti tagħna fil-ħwienet kollha ta’ IZIBET madwar Malta u Għawdex.”

“It-tqegħid tal-isports bets issa sar ferm iżjed faċli u effiċjenti grazzi għall-IZI App, li hu prodott revoluzzjonarju għal dawk kollha li qed ifittxu konvenjenza fuq il-mobile tagħhom imżewqa bl-esperjenza unika li ssib meta tidħol fil-ħwienet ta’ IZIBET,” temm jgħid is-Sur Cappitta, hu u jiddeskrivi din l-app innovattiva, l-ewwel waħda ta’ dan it-tip tagħha f’Malta.

Tista’ tniżżel l-IZI App direttament minn wieħed mis-self-service betting terminals fil-ħwienet kollha ta’ IZIBET jew billi żżur is-sit app.izibet.com. Minn hemm tista’ tniżżel l-IZI App kemm għall-Android jew iOs meta tiskenja l-QR Code. Kemm fis-sit elettroniku, kif ukoll fil-ħwienet kollha ta’ IZIBET madwar Malta u Għawdex, issib l-informazzjoni kollha dwar il-benefiċċji tal-IZI App u gwida pass-pass ta’ kif tibni l-bet tiegħek, tittrasferixxi l-bets fuq is-self service terminal fil-ħwienet, tagħmel early-cash out kif ukoll kif tiġbor ir-rebħ li tkun għamilt mill-ħwienet ta’ IZIBET. Għal iżjed informazzjoni tista’ żżur ukoll il-paġni ta’ IZIBET fuq Facebook u Instagram.

IZIBET hi lliċenzjata mill-Malta Gaming Authority MGA/B2C/223/2011. Biex tilgħab fil-ħwienet ta’ IZIBET irid ikollok 18-il sena jew aktar. IZIBET tippromwovi logħob responsabbli u tħeġġeġ lill-klijenti kollha tagħha sabiex jilagħbu b’mod responsabbli wkoll. Għal iżjed dettalji żur www.rfg.org.mt.

Ekonomija

Sport