Fl-aħħar sigħat, il-Forzi Iżraeliti wettqu aktar attakki fuq il-Medda ta’ Gaża fejn mill-inqas inqatlu 80 persuna fosthom nisa u tfal.
Skont persuni li tkellmu mal-midja internazzjonali, jirriżulta li l-attakk seħħ fuq żona fejn kien hemm jgħixu Palestinjani li kienu sfurzati jitilqu minn djarhom u sabu kenn f’żona oħra ta’ Gaża.
Iżrael qal li dan l-attakk twettaq għax fil-post indikat kien hemm żewġ ġellieda tal-Ħamas li kienu qegħdin ma’ persuni ċivili biex b’hekk jevitaw li jinqatlu.