Friday, June 13, 2025

Iżrael b’operazzjoni militari ‘Operation Rising Lion’ fuq l-Iran

... l-Iran jibgħat 100 drone fuq Iżrael

Aqra wkoll

Dak li jista’ jkun bidu ta’ kunflitt kbir fil-Lvant Nofsani beda l-lejl li għadda hekk kif Iżrael wettaq attakk kbir fuq il-kapitali,Tehran fejn fost l-oħrajn ħalla ħerba sħiħa fuq żoni residenzjali.

Il-midja Iranjana qiegħda tirraporta li saru splużjonijiet, fosthom fil-faċilità tal-uranju f’Naranz. B’mod immedjat Iżrael iddikjata stat ta’ emerġenza madwar il-pajjiż kollu hekk kif kien jidher ċar li l-Iran kien se jattakk lura.

Fil-fatt ftit tal-ħin wara l-Iran spara 100 drone lejn Iżrael. S’issa mhux magħruf xi ħsarat għamlu dawn id-drones fuq Iżrael. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport