Saturday, August 23, 2025

Iżrael jemmen li huma 20 ostaġġ minn ħamsin li għadhom ħajjin

Aqra wkoll

Hekk kif Iżrael fl-aħħar sigħat ħabbar li kien se jibda bl-offensiva fil-belt ta’ Gaża, intqal li se jibdew negozjati biex jinħelsu l-ostaġġi kollha hekk kif il-Kabinett  Iżraeljan japprova l-attakk fuq il-Belt ta’ Gaża.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu iddikjara li ta struzzjonijiet biex jibdew negozjati għall-ħelsien tal-ostaġġi kollha li fadal u t-tmiem tal-gwerra f’Gaża b’termini “aċċettabbli għal Iżrael”.

Netanyahu qal lit-truppi Iżraeljani nhar il-Ħamis filgħaxija li l-Kabinett tiegħu kien approva wkoll pjanijiet għal attakk massiv fuq il-Belt ta’ Gaza fit-tramuntana tat-territorju. Din id-deċiżjoni ttieħdet minkejja oppożizzjoni internazzjonali u ankę f’Iżrael stess. 

Il-Ħamas qabel ma’ proposta mfassla minn medjaturi mill-Qatar u Eġizzjani għal waqfien mill-ġlied ta’ 60 jum nhar it-Tnejn, li skont il-Qatar ikun ifisser il-ħelsien ta’ nofs l-ostaġġi li fadal f’Gaża.

Iżda meta wieġeb għall-ewwel darba, Netanyahu ma aċċettax il-ftehim li bħalissa jinsab fuq il-mejda.

Il-midja Iżraeljana kkwota uffiċjal Iżraeljan li qal li n-negozjaturi se jintbagħtu għal taħditiet ġodda ladarba jkun ġie determinat post.

Fi stqarrija Netanyahu qal li kien “ta struzzjonijiet biex jibdew immedjatament in-negozjati għall-ħelsien tal-ostaġġi kollha tagħna”. “Ġejt biex napprova l-pjanijiet tal-IDF (Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael) biex jieħdu kontroll tal-Belt ta’ Gaza u jegħlbu lil Hamas,”.

“Dawn iż-żewġ kwistjonijiet – li jegħlbu lil Hamas u li jeħilsu l-ostaġġi kollha tagħna – imorru id f’id,” żied jgħid Netanyahu, mingħajr ma ta dettalji dwar x’se tinvolvi l-istadju li jmiss tat-taħditiet.

Nhar l-Erbgħa, Hamas akkuża lil Netanyahu li injora l-proposta ta’ waqfien mill-ġlied tal-medjaturi u akkużawh li qed jostakola ftehim, skont stqarrija li ġiet kwotata minn sorsi tal-midja barramin. 

Is-Sibt li għadda, l-uffiċċju ta’ Netanyahu ħareġ stqarrija li tgħid li Iżrael kien se “jaqbel ma’ ftehim biss bil-kundizzjoni li l-ostaġġi kollha jinħelsu f’daqqa”, u li l-kundizzjonijiet għat-tmiem tal-gwerra kienu jinkludu d-diżarm ta’ Hamas, id-demilitarizzazzjoni ta’ Gaża, il-kontroll Iżraeljan tal-perimetru ta’ Gaża, u t-twaqqif ta’ ta’ governanza mhux mill-Hamas u mhux mill-Awtorità Palestinjana. Iżrael jemmen li 20 biss mill-50 ostaġġ għadhom ħajjin wara 22 xahar ta’ gwerra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport