Sunday, November 16, 2025

Iżrael jeqred aktar minn 1,500 binja f’Gaża wara li kien hemm waqfien mill-ġlied

Aqra wkoll

Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li Iżrael minkejja li suppost hemm waqfien mill-ġlied f’Gaża, kompla jeqred aktar djar u binijiet tal-Palestinjani. S’issa jidher li qered aktar minn 1,500 binja u dan wara li fl-10 ta’ Ottubru beda waqfien mill-ġlied mal-grupp Ħamas.

Analisti politiċi qegħdin jgħidu li dan in-numru jista’ jkun ferm aktar għola minn dak li qiegħed jiġi rraportat fil-midja hekk kif f’Gaża ma tantx baqa’ nies li jisgħu jirraportaw dak li qiegħed iseħħ.

Ħafna qegħdin jargumentaw li dan it-twaqqgħi ta’ djar tal-Palestinjani jmur kontra dak mifthim biex seta’ jseħħ il-waqfien mill-ġlied.

Uffiċja għoli tal-Armata Iżraelita qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet  BBC li dan kollu qiegħed isir skont il-pjan ta’ waqfien mill-ġlied.

Ritratti li tellgħu fuq il-midja soċjali juru li kien hemm villaġġ sħaħ li nqerdu minn Iżrael u dan anke wara li kien hemm il-waqfien mill-ġlied.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport