Wednesday, April 1, 2026

Iżrael jgħaddi liġi dwar il-piena tal-mewt għal Palestinjani li jinstabu ħatja ta’ attakki fatali

Aqra wkoll

Il-Parlament Iżraeljan approva liġi li tagħmel il-piena tal-mewt is-sentenza awtomatika għall-Palestinjani misjuba ħatja ta’ attakki terroristiċi fatali.

Bosta kritiċi ddeskrivew din il-liġi bħala waħda “diskriminatorja” filwaqt li diversi nazzjonijiet Ewropew wissew li din tirriskja li “ddgħajjef il-prinċipji demokratiċi.”

Il-liġi l-ġdida għaddiet mill-istadju tat-Tielet Qari u kienet approvata b’62 vot favur u 48 vot kontra, bil-Prim Ministru Benjamin Netanyahu jivvota favur.

L-abbozz jistipula li Palestinjani li jkunu misjuba ħatja fil-Qrati Militari Iżraeljani li wettqu attakki fatali meqjusa bħala “atti ta’ terroriżmu” jingħataw il-piena tal-mewt permezz ta’ tgħalliq fi żmien 90 jum, b’possibiltà ta’ posponiment sa 180 jum.

Fit-teorija, l-Iżraeljani Lhud jistgħu wkoll jingħataw din is-sentenza taħt din il-liġi – iżda fil-prattika dan kważi ċertament ma jiġrix, peress li l-piena tal-mewt tista’ tiġi implimentata biss fejn l-intenzjoni tal-attakk tkun li “tiċħad l-eżistenza tal-istat ta’ Iżrael”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport