Iżrael nieda dak li sejjaħ “attakk preventiv” kontra l-Iran. Fi stqarrija dalgħodu, il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan Israel Katz iddikjara “stat ta’ emerġenza speċjali u permanenti” madwar Iżrael.
Skont il-midja Iranjana, instemgħu tliet splużjonijiet fiċ-ċentru ta’ Tehran. L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Fars tgħid li rċeviet rapporti li diversi missili laqtu ż-żona tar-Repubblika tal-kapitali Iranjana.
Sireni bdew idoqqu madwar Iżrael għall-ħabta tat-08:15 ħin lokali u avżaw lin-nies dwar it-theddida ta’ attakk possibbli bil-missili. L-attakki Iżraeljani seħħew fost sforzi diplomatiċi bejn uffiċjali Amerikani u Iranjani għal ftehim biex jitrażżan il-programm nukleari tal-Iran u tiġi evitata gwerra, u n-negozjati kienu mistennija li jkomplu l-ġimgħa d-dieħla.
L-Iran kien għamel konċessjonijiet fit-taħditiet, għalkemm il-President Amerikan Donald Trump – li qabel kien hedded li jattakka lill-Iran biex jagħmel pressjoni fuq il-mexxejja tiegħu biex jaċċettaw ftehim.
Trump ordna l-akbar żieda militari Amerikana fil-Lvant Nofsani mill-invażjoni tal-Iraq immexxija mill-Istati Uniti fl-2003, iżda għamel ftit biex jispjega għaliex jista’ jkun hemm il-ħtieġa li tittieħed azzjoni militari issa. L-Iran, sadanittant, wiegħed li jirrispondi għal attakk bil-forza.
Il-ministru tad-difiża Iżraeljan, Israel Katz, qal li l-“attakk preventiv” kien biex “jneħħi t-theddid kontra l-Istat ta’ Iżrael”. F’Ġunju li għadda, Iżrael nieda attakk fuq l-Iran, li wassal għall-Gwerra ta’ 12-il Jum. L-Istati Uniti eventwalment ingħaqdu ma’ Iżrael fil-kunflitt, billi mmiraw lejn il-faċilitajiet nukleari tal-Iran.
Riċentement, il-prim ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, wissa dwar dak li ddeskrivew bħala theddida għal pajjiżu mill-missili ballistiċi tal-Iran, u esprima l-oppożizzjoni tiegħu għal ftehim li ffoka biss fuq il-programm nukleari tal-Iran.
L-Iran irrifjuta li jiddiskuti l-limiti għall-programm tal-missili ballistiċi tiegħu kif ukoll li jtemm l-appoġġ tiegħu għal proxies fir-reġjun, inklużi Hamas f’Gaża, Hezbollah fil-Libanu, milizji fl-Iraq, u l-Houthis fil-Jemen, u qal li dawk it-talbiet kienu ksur tas-sovranità tiegħu.
Din l-istorja għadha qed tiżviluppa …. Aktar dettalji maħħin

