Ġuvni ġie maqtul u oħrajn sfaw midrubin hekk kif il-Forzi Iżraeljani wettqu rejd fuq il-kamp tar-refuġjati f’Askar li jinsab fil-Lvant ta’ Nablus fil-Palestina.
Amjad Hassan, Direttur tas-Servizz tal-Emerġenza fil-pajjiż qal li mill-inqas żewġ subien kellhom jiddaħħlu l-Isptar, wieħed minnhom mejjet hekk kif kellu tiri ta’ arma tan-nar fuq sidru. L-ieħor kellu tiri f’daru.
Analisti qegħdin jgħidu li din hija xi ħaġa inaċċettabbli hekk kif Iżrael suppost waqqaf il-ġlied mal-Palestinjani.

