Monday, December 23, 2024

Iżreal fuq quddiem fil-proċess tat-tilqim kontra l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iżrael jinsab fuq quddiem fil-proċess tat-tilqim kontra l-Covid-19. Skont ċifri ppubblikati, jidher li aktar minn miljun persuna ġew imlaqqmin f’dan il-proċess globali li beda ftit tal-jiem ilu.

Skont is-sit dinji li qed jiġbor informazzjoni relatata, l-Iżreal s’issa rnexxielu jagħti 11.55 doża għal kull 100 persuna segwit mill-Bahrain bi 3.49 u r-Renju Unit b’1.47.

L-aktar pajjiż li jidher li għadu lura f’dan il-proċess huwa Franza, li skont dan is-sit li huwa konness mal-Università t’Oxford, għadu laqqam biss 138 persuna.

S’issa huwa stmat li din il-pandemija ħalliet aktar minn 1.8 miljun vittma fuq livell globali.

Ekonomija

Sport