Tuesday, December 24, 2024

Iżreal jordna eluf ta’ Palestinjani biex jitilqu minn djarhom

Aqra wkoll

Għal darb’oħra u minkejja kull pressjoni mill-komunità internazzjonali, Iżreal ordna eluf kbar ta’ Palestinjani biex jitilqu mill-belt ta’ Rafah hekk kif kollox qiegħed juri li l-operazzjoni militari f’din il-parti ta’ Gaza se tkompli tintensifika.

Iżrael permezz tal-kampanja li qiegħed jagħmel fuq il-midja soċjali biex joħroġ twissijiet lill-Palestinjani u anke jitfa’ flyers minn ajruplani, ħareġ ordni biex dawk kollha li hemm f’Rafah jitilqu u jmorru lejn id-distrett ta’ al-Mawasi.

Partijiet kbar ta’ Rafah li sa ftit ġranet ilu kienu mimlija b’nies li kellhom jitilqu minn djarhom minn partijiet oħrajn fil-Medda ta’ Gaza, illum spiċċaw “deżert”.

Il-Gvern Iżrealit qal li hu se jibqa’ għaddej bl-operazzjoni militari kif ippjanata fuq il-belt ta’ Rafah minkejja kull twissija mill-Istati Uniti u anke minn alleati oħrajn li din l-operazzjoni tista’ tfisser kriżi umanitarja kbira ħafna.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li jista’ jkun hemm waqfien mill-ġlied hekk kif il-Hamas jeħilsu l-ostaġġi kollha li għadhom qegħdin iżommu.

Ekonomija

Sport