San Giljan Aquatic Sports Club (ASC) huwa kburi li jilqa’ lil J Portelli Projects abbord bħala l-isponsor ewlieni tiegħu li beda fis-sajf 2022, u se jarah idum sal-kampjonat tas-Sajf 2023. Il-ftehim ta’ sponsorship ġie ffirmat bejn iċ-Chairman tal-grupp Joseph Portelli, u l-President ASC San Giljan Peter Bonavia fil-preżenza tas-Segretarju tal-Club Michael Fenech.
L-investiment ta’ J Portelli Projects se jkompli jippermetti lil San Giljan ASC biex jirrealizza kemm miri fuq medda qasira kif ukoll fit-tul, inkluż il-ħolqien ta’ opportunitajiet kemm għall-players żgħażagħ kif ukoll dawk ta’ esperjenza, waqt li jassisti fil-prestazzjoni ġenerali tat-team. Dan minbarra li jgħolli l-vantaġġ kompetittiv tal-club, dan l-isponsor se jippermetti inizjattivi mmirati lejn il-komunità lokali. Il-logo ta’ J Portelli Projects se jidher fuq il-kit tat-timijiet, il-pitch u fuq il-media soċjali.
L-għaqda bejn iż-żewġ entitajiet prolifiċi hija riżultat ta’ impenn allinjat biex issir differenza permezz tal-isport. San Giljan ASC u J Portelli Projects jemmnu bis-sħiħ li l-isport, il-benesseri u s-saħħa mentali huma marbutin ma’ xulxin, u għal dan il-għan jistinkaw biex jipprovdu liż-żgħażagħ b’aċċess miftuħ għall-isport, għal drawwiet aktar tajbin għas-saħħa u stil ta’ ħajja ġenerali mtejjeb.
Iż-żewġ entitajiet jippromwovu d-diversità u l-inklussività: l-SGASC pereżempju, timbotta lin-nisa ’l quddiem fl-isport, fejn J Portelli Projects huwa promotur ta’ opportunitajiet indaqs. L-attività tista’ tkun ikkaratterizzata mill-valuri kondiviżi ta’ empatija, aspirazzjoni, ottimiżmu, ħidma f’team, determinazzjoni u rieda li tirnexxi.
“J Portelli Projects ilha tappoġġja inizjattivi sportivi, partikolarment dawk li huma sodi fil-kulturá ta’ Malta. Bħalissa, il-kumpanija hija formalment preżenti kemm fl-isferi tal-football kif ukoll tar-regatta. L-isponsorship tal-Waterpolo, li ilu jgawdi popolarità lokalment, huwa pass naturali ‘l quddiem fl-isforzi tagħna biex nippromwovu l-isport bħala team…,” qal Joseph Portelli. “Bi storja ta’ 70 sena San Ġiljan ASC huwa mogħni fil-wirt, u ħadem bla heda biex jikseb rekord eċċellenti”, żied jgħid.
Ta’ nota huwa l-fatt li wieħed mill-players ewlenin tal-Club, Ben Plumpton ġie vvutat darbtejn konsekuttivi bħala l-Player tas-sena. San Ġiljan rebħu wkoll it-titlu ta’ double champions fl-2020 u rebħu n-knockout fl-2021.