Monday, November 4, 2024

Jabbanduna l-isfida minħabba nefħiet ikkawżati minn tingiż kontinwu ta’ bram

... Jikkonferma li se jirritorna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-3:56, l-atleta Neil Agius kellu jabbanduna l-isfida li jikser ir-rekord dinji   fuq distanza ta’ 100 mil.

Skont l-ewwel informazzjoni jidher li l-atleta Malti spiċċa f’sitwazzjoni delikata ħafna waqt li kien qiegħed jgħum bejn Mallocra u Ibiża għall-ħabta tas-1:00 a.m. Wara kważi erba’ sigħat u sforz mill-atleta Malti biex jirreżisti t-tingiż tal-bram, kellu jieħu d-deċiżjoni iebsa li jabbanduna l-isfida minħabba nefħiet ikkawżati mit-tingiż u l-uġigħ li beda jħoss.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Neil qal li jinsab iddispjaċut ferm li wara dak ix-xogħol kollu kellu jabbanduna l-isfida fl-ewwel ftit sigħat anke minkejja li kien qiegħed iħossu b’saħħtu u preparat biex jagħmilha.

Madanakollu huwa kkonferma li dan ma kienx it-tmiem tal-ħidma tiegħu favur l-konservazzjoni tal-oċeani. It-tim kollu se jkun qiegħed jirritorna lejn Mallorca fejn mistennija ssir konferenza stampa bl-aħħar dettalji.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport