Sunday, December 22, 2024

Jabbandunaw 13-il ġeru f’tank tal-ħadid fix-Xewkija… u tlitt ifrieħ ta’ qtates quddiem l-SPCA fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tal-SPCA f’Għawdex fl-aħħar jumejn sabu sitwazzjoni xejn feliċi quddiemhom. Dan hekk kif dalgħodu quddiem il-bieb taċ-ċentru sabu 3 ifrieħ ta’ qtates.

Ilbieraħ, sabu 11-il ġeru abbandunati f’tank tal-ħadid fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ SPCA f’Għawdex fejn il-kelliem qalilna li fiċ-ċentru ma baqax aktar wisa’ fejn ipoġġu aktar klieb u qtates.

L-SPCA qalu li b’kollox fi 3 ġimgħat sabu 28 ġeru abbandunati. Issa tant kemm hemm klieb u qtates li għax-xagħrejn li ġejjin hu mposibbli li jiġu aċċettati annimali ġodda.

Bħalissa fiċ-Ċentru tal-SPCA hemm 18-il ġeru u kollha jeħtieġu li jingħataw l-ikel minn bottle u dan ifisser li trid in-nies biex tagħmel dan ix-xogħol.

Intant dwar il-frieħ tal-qtates li nstabu dalgħodu l-SPCA qalet li dawn intsbu f’kaxxa quddiem iċ-Ċentru tagħhom fir-Rabat Għawdex.

“Min telaq dawn il-frieħ hemm f’kaxxa messu l-ewwel għamel kuntatt magħna. Se nkunu qegħdin naraw CCTV u jekk il-persuna tidher sew se nkunu qegħdin nagħmlu rapport lill-pulizija… il-multa hija ta’ 2000 ewro jekk jinstabu ħatja,” qalu l-SPCA t’Għawdex.

Ekonomija

Sport