Il-plejer internazzjonali Ingliż Jack Grealish, li se jkun qed jilgħab ma’ Everton fuq bażi ta’ self, żvela li tkellem ma’ Wayne Rooney qabel m’għamel il-mossa. Hu qal lis-sit elettroniku ta’ Everton li għażel in-numru 18 għax Rooney u Paul Gascoigne, żewġ plejers Ingliżi li jħobb, kienu jilbsu dan il-flokk meta kienu fil-klabb.
Grealish spjega li meta rrealizza li l-ftehim kien qrib li jseħħ, in-numru 18 kien liberu, u għalhekk ħa dan. Hu żied li Rooney kien ferm kuntent dwar dan minħabba li jitkellmu ta’ spiss flimkien.