Bejn il-Ħamis 5 u l-Ħadd 8 ta’ Ġunju, is-Sewwieq tal-Karting Malti Jacob Micallef kien f’Viterbo f’Lazio, l-Italja, biex jikkompeti fil-Kampjonat Ewropew tal-Karting tal-FIA.
Micallef kiseb l-aqwa riżultat s’issa fil-karriera tiegħu fit-tlielaq billi spiċċa fit-tielet post f’dan ir-rawnd tal-kampjonat fost l-aqwa sewwieqa internazzjonali tal-karting li qed jikkompetu fil-kategorija tiegħu.
L-appuntament li jmiss ta’ Micallef huwa stabbilit għal Wackesdolf fil-Ġermanja bejn is-27 u d-29 ta’ Ġunju.