Saturday, November 16, 2024

“Jafu l-konsumaturi li qed jinġiebu u jinbiegħu tiġieġ miċ-Ċina” – Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-istandards li suppost bihom jiġu importati dawn it-tiġieġ huma ta’ livell għall-konsumatur. Jien mhux qed nitwerwer imma bħala politiku irrid ngħid dan. Jekk il-korrettezza politika tfisser li nagħlaq ħalqi, jien dik ma nsegwihiex. Dak li qed jiġi minn barra, jekk tiġieġa ġejja miċ-Ċina bigħu bħala tiġieġa miċ-Ċina. 

Nitlob li jkun hawn sorveljanza li dak li qed jiġi impurtat hu ta’ livell u mhux qed nispiċċaw jintefgħu prodotti hawn. Jiġifieri aħna għandna irziezet li qed ibatu biex irabbu t-tiġieġ imma imbagħad għandna importazzjoni li qed tkisser is-suq.“

Hu rrefera għal tweġiba Parlamentari li fiha intqal li “li l-ammont ta’ laħam tat-tiġieġ li ġie mpurtat minn pajjiżi terzi f’Malta fis-sena 2019 kien ta’ 21,0132 kg u kien impurtat miċ-Ċina, Tajlandja u l-Brażil, filwaqt li fl-2020 l-ammont kien ta’ 17,5357 kg u kien impurtat miċ-Ċina.”

Ekonomija

Sport