Thursday, December 19, 2024

Jagħlqu l-offerti għall-bejgħ tal-club ta’ Chelsea

Aqra wkoll

Il-bieraħ għalqu l-offerti għall-bejgħ tal-club tal-Premier League Ingliż, mill-Punent ta’ Londra, Chelsea.

Il-jum tal-iskadenza għadda u kull min hu interessat li jixtri lil Chelsea Football Club kellu jissottometti l-offerta tiegħu qabel il-bie­raħ fil-għaxija.

Hemm bosta investituri interessati li kkonfermaw l-intenzjonijiet tagħhom peress li Roman Abramo­vich poġġa l-club għall-bejgħ aktar kmieni dan ix-xahar, iżda kien l-jum tal-iskadenza biż-żmien li jispiċċa malajr biex jsiru l-offerti finali.

Il-manager  tal-Blues, il-Ġerma­niż, Thomas Tuchel, iffaċċja wkoll lill-midja aktar tard il-bieraħ qabel il-konfront ta’ Chelsea ma’ Middlesbrough tal-lejla mill-kwarti-finali tal-FA Cup, fejn ġie mistoqsi dwar firxa ta’ suġġetti, inklużi kwistjonijiet barra l-ground.

B’dan f’moħħu, huwa poġġa lura u ħalla lil ħaddieħor biex iżomm lil kulħadd aġġornat bl-aħħar aħbari­jiet minn Stamford Bridge.

Tuchel irid li min isir is-sid il-ġdid jew is-sidien il-ġodda ta’ Chelsea “iħobb ir-rebħ”.

Mistoqsi x’tamiet ikollu għas-sidien eventwali l-ġodda ta’ Chelsea, Tuchel wieġeb: “Nittamaw li jħobbu jirbħu, dan ikun vantaġġ kbir.

“Jien assolutament mhux involut, żero. Jien infurmat minn żmien għal żmien, iżda għandna skeda pjuttost stretta u għalhekk ninsab kuntent li ma nkunx infurmat b’kull pass żgħir u ċans fil-proċess.”

Skond il-midja Ingliża, ditta tal-investiment ibbażata f’Kalifornja, Clearlake Capital, ingħaqdet mal-konsorzju ta’ Todd Boehly fit-tentattivi tagħhom biex itemmu l-akkwist ta’ Chelsea Football Club.

Boehly, li huwa l-proprjetarju parzjali ta’ Los Angeles Dodgers, huwa maħsub li huwa wieħed mill-vantaġġi biex jitlesta x-xiri tal-Blues.

Ekonomija

Sport