Friday, December 27, 2024

Jagħlqu n-nominazzjonijiet għall-karigi ta’ Deputati Mexxejja, Amministrazzjoni u Eżekuttiv tal-PL

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li kienu għalqu n-nominazzjonijiet għall-karigi ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit u karigi fl-Amministrazzjoni u fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

Għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċeviet in-nomina ta’ Dr. Ian Borg.

Għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċeviet in-nomina ta’ Dr. Alex Agius Saliba.

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista laqgħet ukoll in-nomini għall-karigi ta’ President, Viċi-President, Segretarju Internazzjonali u Segretarju Organizzattiv fi ħdan l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.

Għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, tefgħu n-nomina tagħhom Dr. Alex Sciberras u s-Sinjura Norma Saliba.

Għall-kariga ta’ Viċi-President tal-Partit Laburista, tefa’ n-nomina tiegħu is-Sur Louis Gatt.

Għall-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, tefgħu n-nomini tagħhom is-Sur John Grech u s-Sur Georvin Bugeja.

Għall-kariga ta’ Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, tefa’ n-nomina tiegħu il-Perit William Lewis.

Il-Kummissjoni laqgħet ukoll in-nominazzjonijiet għal Tnax-il Membru Ordinarju fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista fejn issottomettew in-nominazzjoni tagħhom tmienja u tletin membru.

In-nominazzjonijiet ġew milqugħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista mill-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu sal-Ħadd, 25 ta’ Awwissu.

Il-votazzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Settembru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista f’Malta u ċ-Ċentru Laburista ta’ Sannat f’Għawdex u l-għadd tal-voti jsir dakinhar stess wara li tagħlaq il-votazzjoni

Ekonomija

Sport