Jagħmel sew il-Prim Ministru jressaq l-isem ta’ Consuelo Scerri Herrera quddiem il-Parlament wara li l-Oppożizzjoni baqgħet sieq ‘l hemm u sieq ‘l hawn. Ċara li mhux qed jaraw il-kompetenzi tal-persuna, imma l-għamad politiku. Ħadd ma poġġa f’dubju l-kompetenza ta’ din l-imħallef b’tant esperjenza sabiex tokkupa din il-kariga.
Dan iddikjarah Nigel Vella permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali. Vella qal ukoll li l-Oppożizzjoni trid tkun ikkonsultata u kien dan il-Gvern li bidel il-liġi sabiex isir hekk. Mill-banda l-oħra ma jistax ikun hemm Oppożizzjoni li żżomm ostaġġ lil pajjiżna u s-settur tal-ġustizzja minħabba l-qasmiet ta’ bejniethom.

