Minkejja li tilfu lil maħbub binhom li kellu biss 15 -il sena, il-familja baqgħet turi gratitudni u imħabba kbira lejn Puttinu Cares. Dan qalitu Puttinu Cares permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spejgat illi bil-ġenerożità tagħhom, ġabru €3,300 mill-isbaħ biex jgħinu lill-oħrajn.
Qal li dan huwa mod kommoventi ta’ kif onoraw il-memorja ta’ Francesco. Puttinu rringrazzjat lil familja ta’ Francesco huma familja tant ta’ ispirazzjoni u mill-isbaħ.