Saturday, October 26, 2024

Jagħtu xebgħa lil ħaddiem tal-Gozo Channel għax talabhom jilbsu l-maskra fuq il-vapur

Aqra wkoll

Chief Officer tal-Gozo Channel safa aggredit minn grupp ta’ rġiel wara li dan ordnalhom jilbsu l-maskra waqt li kienu telgħin fuq il-vapur Malita. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija.

Kaġun tal-ġrieħi li sofra ċ-Chief Officer kellu jittieħed l-isptar, fejn il-kundizzjoni medika tieħgu hija deskritta bħala waħda tajba.

Intant il-Ministeru għal Għawdex u l-maniġment tal-Gozo Channel kkundannaw l-attakk, u qalu li dan l-aġir huwa inaċċettabbli. Huma esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-ħaddiem involut.

Sport