Tuesday, June 3, 2025

Raġel bi ġrieħi gravi wara li ħabat bil-vann ġo arblu fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 62 sena residenti r-Rabat ġarrab ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tal-4:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vann Peugeot Partner u ħabat ġo arblu, bil-konsegwenza li l-parti ta’ quddiem tal-vettura ħadet in-nar.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza filwaqt li membri midDipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u kkontrollaw in-nar fi ftit ħin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Jaħbat ma’ arblu bil-vann fiċ-Ċirkewwa … b’konsegwenza t’hekk il-vann spiċċa ħa n-nar

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tal-4:30 a.m., fi Triq il-Magħrfa fil-Mellieħa limiti taċ-Ċirkewwa seħħ inċident tat-traffiku. 

Jirriżulta li raġel li sa issa l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa tilef il-kontroll tal-vann u ħabat ma’ arblu, b’konsegwenza li l-vann li kien qed isuq ħa n-nar. 

Aktar dettalji mlli jasluluna . 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport