Kien għall-ħabta ta’ nofsillejl tal-lejl li għadda meta sewwieq ta’ karozza tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel f’ħajt. Mad-daqqa l-karozza spiċċat f’ħuġġieġa nar.
Kelliem għall-pulizija qal lil Talk News li l-inċident seħħ fi Triq il-Marfa l-Mellieħa filwaqt li kkonfermaw li b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.
Jirriżulta li s-sewwieq hekk kif ħabat u ra l-parti ta’ quddiem tal-karozza tieħu n-nar ħareġ mill-karozza.
Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li mill-ewwel ikkontrollaw in-nirien.
Il-pulizija qiegħda tinvestiga dan il-każ.