Sunday, November 24, 2024

Jaħfirlu wara li ħebb għalih fiċ-Ċentru Miftuħ f’Ħal Far

Aqra wkoll

Mustafa Mohammed Alaboud, Sirjan ta’ 19-il sena li f’Malta jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ f’Ħal Far tqiegħed fuq ordni ta’ probation u anke fuq ordni ta’ trattament għal tliet snin. Dan wara li tressaq il-Qorti li kellu argument ma’ raġel ieħor fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far.

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, is-Sirjan ammetta l-akkużi kontrih wara li l-Prosekuzzjoni akkużati li waqt l-argument ikkaġuna ġrieħi gravi f’wiċċ raġel ieħor, li ħebb għalih u li heddu.

FIl-Qorti ntqal li l-vittma ħafer lill-akkużat. Jirriżulta li Alaboud għandu problema biex jikkontrolla r-rabja.

Sport