Il-midfielder offensiv Malti-Awstraljan Jake Brimmer jista’ jilgħab mat-tim nazzjonali Malti wara li biddel il-lealtà internazzjonali tiegħu għal Malta.
Il-plejer ta’ Auckland FC issa se jkun eliġibbli biex jirrappreżenta lil Malta wara li huwa ġie approvat biex jagħmel dan mill-FIFA.
Brimmer, li għandu 27 sena, kien lagħab mat-timijiet nazzjonali tal-Awstralja ta’ taħt is-17-il sena u ta’ taħt l-20 sena.
Huwa lagħab ma’ Nunawading City u FFV NTC fl-Awstralja qabel ma ngħaqad ma’ Liverpool fejn lagħab għal tliet snin fil-livell tal-youths.
Brimmer imbagħad irritorna l-Awstralja fejn lagħab ma’ Perth Glory u Melbourne Victory qabel ma ngħaqad ma’ Auckland.