Il-goalkeeper internazzjonali ta’ Malta, Jake Galea, se jkun qed jingħaqad mat-team tal-ogħla diviżjoni mil-Lussemburgu, FC Etzella Ettelbreck.
Prodott ta’ St. Andrews, Jake Galea ngħaqad ma’ Ħamrun Spartans fis-sajf tal-2017. Fl-istaġun ta’ wara, ingħaqad ma’ Sliema Wanderers fejn qatta’ tliet snin. Huwa ngħaqad ma’ Balzan fl-istaġun li għadda wara li laħaq ftehim sa tmiem l-istaġun.
Il-goalkeeper ta’ 26 sena lagħab tliet partiti mill-bidu għat-team nazzjonali, fejn lagħab il-partiti ta’ ħbiberija kontra Ġibiltà u Liechtenstein fl-2020 u l-Venezwela x-xahar li għadda, u kien inkluż bħala sostitut fid-draw ta’ 2-2 ma’ Ċipru f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja f’Ottubru li għadda.
Etzella Ettelbréck spiċċaw fl-għaxar post matul l-istaġun li għadda. Imwaqqfa fl-1917, spiċċaw darbtejn bħala runners-up (2004/05 u 2006/07), rebħu t-Tazza tal-Lussemburgu fl-2000/01, u spiċċaw bħala finalisti telliefa tliet darbiet (2002/03. 2003/04 u 2018/19).