Jake Grech ta’ Hibernians huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2021.
Il-player internazzjonali ta’ 24 sena skorja żewġ goals importanti matul ix-xahar ta’ Novembru. F’dak ix-xahar, Hibernians lagħbu żewġ logħbiet u Jake Grech sab ix-xibka fit-tnejn li huma. Huwa skorja l-unika goal tal-logħba ta’ fuq nett tal-klassifika kontra Hamrun Spartans (1-0) u l-goal tar-rebħa fid-dwell kontra Balzan (2-1).
Matul ix-xahar ta’ Novembru, Hibernians baqgħu jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika u baqgħu mhux megħluba.
Geoffrey Ghigo, Kap, Branch Networks fi ħdan il-Bank of Valletta akkumpanjat minn Adrian Casha, Viċi President tal-Malta Football Association flimkien ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru lil Grech li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.
Il-Bank of Valletta huwa impenjat lejn Saħħa u Benessri bħala parti mill-impenji ESG tiegħu bħala ċittadin responsabbli tal-Komunità fejn jopera.