Jake Grech rebaħ il-premju tal-BOV Plejer tax-xahar għal Awwissu u Settembru 2021.
Il-player ta’ 23 sena kien il-protagonist fir-rebħa ta’ 3-1 ta’ Hibernians fuq Gżira fl-ewwel logħba tal-istaġun. Il-midfielder nazzjonali Malti skurja gowl f’kull taqsima kif ukoll għadda l-assist lil Ferdinando Apap għat-tielet gowl tat-tim tiegħu hekk kif Gżira United ftit li xejn kellhom reazzjoni għal-logħob tal-avversarji.
Grech skorja żewġ gowls oħra għat-tim tiegħu, wieħed kontra Sirens u ieħor fir-rebħa ta’ 3-2 fuq Mosta biex akkwista l-ewwel unur individwali tal-istaġun tal-futbol 2021/2022.
Geoffrey Ghigo, Eżekuttiv fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu u Settembru lil Grech li għażel lill Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni marbuta ma’ dan il-premju.
Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta, f’konformità mal-impenji ESG tiegħu bħala ċittadin responsabbli tal-Komunità li jopera fiha.