“Jake ħalla impatt fuq bosta n-nies. Dejjem ħsiebu biex jgħin lil ħaddieħor aktar milli jfittex l-għajnuna għalih innifsu. Il-ħolm li kellu u li qasmu ma’ Lydia, Giorgia u ma’ tant familji wassal għal inizjattivi sbieħ u ta’ dan nirringrazzjawh minn qalbna. It-telfa tiegħu tnikkitna lkoll. Kondoljanzi lill-ġenituri tiegħu.”
Iddikjara dan il-Prim Ministru, Robert Abela, hekk kif ftit tal-ħin ilu għadha kemm tħabbret il-mewt taż-żagħżugħ Jake Vella. It-tfajjel seraq il-qlub ta’ bosta persuni li fl-aħħar snin komplew isegwu mill-qrib l-istorja tiegħu anke minħabba d-determinazzjoni tiegħu biex jegħleb il-kundizzjoni tar-Rapid-onset Obesity with Hypothalamic dysfunction (ROHHAD).