Wednesday, October 9, 2024

“Jake kien żagħżugħ mimli enerġija u kien dejjem pożittiv”- Dr Lydia Abela

Aqra wkoll

“Jake kien żagħżugħ straordinarju, mimli enerġija u pożittiv illi minkejja l-isfidi li kien għaddej minnhom, kien dejjem jaħseb f’ħaddieħor. Meta darba minnhom żortu l-Isptar saqsejtu Jake x’nista nġiblek? Qalli jien ma għandi bżonn xejn. Qalli li nixtieq, li nagħmel xi ħaġa miegħek biex niġbru xi ħaġa għall-annimali”.

Dan kien il-messaġġ li wasslet Dr Lydia Abela lil dan is-sit. Hija qalet li tiftakar li darba kienet ħeġġitu biex ikanta u hu kien qallha li ma jafx ikanta. Qalet li lil Jake kienet qaltlu li għandu vuċi sabiħa  u qalilha kien se jaħsibha. 

Irrankontat li kienet tkellmet lil Gillian Attard, li kienet tgħinu sabiex jipprattika l-kant ġewwa l-Isptar. L-Isptar, iż-żagħżugħ Jake li seraq il-qlub tal-Maltin u Għawdxin, tgħallem ukoll kif idoqq il-kitarra u l-pjanu.

Sport