Saturday, October 26, 2024

Jake se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt fil-Knisja Parrokjali ta’ Birżebbuġa

Aqra wkoll

Ilbieraħ Malta inħasdet bil-mewt taż-żagħżugħ Jake Vella. It-tfajjel seraq il-qlub ta’ bosta persuni li fl-aħħar snin komplew isegwu mill-qrib l-istorja tiegħu anke minħabba d-determinazzjoni tiegħu biex jegħleb il-kundizzjoni tar-Rapid-onset Obesity with Hypothalamic dysfunction (ROHHAD).

F’messaġġ fuq Facebook, omm Jake ħabbret id-dettalji tal-funeral. Qalet li l-funeral se jsir nhar is-Sibt 7 ta’ Settembru fl-10.30am fil-Knisja Parrokkjali tal-Ktajjen ta’ San Pietru Birżebbuġa.

Qalet ukoll li aktar dettalji dwar iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jake ser jiġu żvelati dalwaqt. Hija tenniet sabiex dak li jkun iżomm din il-ġurnata ħielsa sabiex b’hekk Jake ikollu ċ-ċelebrazzjoni sabiħa li jixraqlu.

Sport