Sunday, December 22, 2024

“Jake se jkun dejjem magħna mingħajr uġiegħ”

Aqra wkoll

“Jake se jkun dejjem magħna mingħajr uġiegħ.” Hekk kitbu l-ġenituri ta’ Jake Vella fuq il-midja soċjali wara li binhom ġie kkremat fi Sqallija.

Jake li tul ħajtu ġibed is-simpatija tal-bosta, miet fl-aħħar ta’ Awwissu fl-età ta’ 15-il sena, hekk kif kien qed isofri minn marda rari.

Hu ngħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li għadda, u kien kienu stqarrew il-ġenituri tiegħu stess kienu se jmorru Sqallija biex jiġi kkremat. Il-fdalijiet tiegħu se jibqgħu jinżamm fir-residenza tal-familja.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali hu fakkru lil dawk kollha li jistgħu jagħtu donazzjoni lill-annimali abbandunati billi jingħatu fuq revolut 99870624 sa nhar it-Tnejn li ġej.

Ekonomija

Sport