Saturday, September 13, 2025

“J’Alla issa naraw PN li jibda jaħdem għal Malta l-ewwel u qabel kollox” – id-Deputat Mexxej tal-PL Alex Agius Saliba

Aqra wkoll

‘Din hija l-ewwel okkażjoni pubblika fejn qed nindirizza wara l-elezzjoni tal-PN. Nawgura lil Alex Borg, sabiex issa mill-kliem ngħaddu għal fatti. J’Alla issa naraw Partit Nazzjonalista li jibda jaħdem ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox. Però bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.’ 

Dan iddikjarah id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba waqt attività politika f’Kennedy Grove, fil-Park Nazzjonali tas-Salina. Agius Saliba enfasizza li Alex Borg issa  għandu test ġej fiż-żmien li ġej u li jekk verament Alex Borg u l-PN jixtiequ li jimplimentaw fil-pajjiż, issa għandhom test f’Ottubru, jiġifieri dak tal-Budget. 

Qal ukoll; “Aħna kollha Maltin  u Għawdxin u l-irwol tagħna. L-ewwel messaġġ li għandek tibgħat huwa; ejja nwaqqfu din il-ħsara quddiem xtutna. Kemm jien kburi illi Gvern Laburista qed imexxi ‘l quddiem”.

B’referenza għall-PN, Agius Saliba irrimarka li ; “jekk ħaddieħor berbaq flusu u ħadd ma jaf fejn marru, il-messaġġ tagħna huwa ċar. Il-poplu Malti u Għawdxi mhux se jħallas id-dejn tal-PN għax l-interess ta’ dan il-Gvern huwa wieħed, dak li nħaxxnu l-bwiet tal-Maltin u Għawdxin u tan-negozjanti”

Huwa tenna d-diskors billi qal li l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista u mill-Prim Ministru Robert Abela se jibqa’ viċin in-nies u se jibqa’ jaġixxi. Dan għaliex il-poplu qed jistenna Budget tajjeb u l-Gvern din se jagħmilha għax dan il-Budget se jkun wieħed mill-ikbar. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport